Header

Title

Rapport tal-Attività tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment 2021


Summary

Ir-rapport ewlieni tagħna juri kif il-Grupp tal-Bank Ewropew taI-Investiment affronta żewġ theddidiet kbar fl-2021, il-kriżi klimatika u l-pandemija tal-coronavirus, anke hekk kif l-isfidi imposti mill-iżvilupp saru aktar urġenti. Il-bank tal-UE indirizza dawn il-perikli billi ħaseb sew u mexa malajr – f'direzzjonijiet ġodda.

Ir-Rapport tal-Attività jenfasizza r-rispons ta’ emerġenza tagħna għall-COVID-19 permezz tal-Fond ta’ Garanzija Ewropew uniku, kif ukoll l-appoġġ tagħna għall-kumpaniji tal-kura tas-saħħa li jaħdmu fuq kuri u terapiji għall-marda. Juri d-dimensjonijiet tal-appoġġ tagħna għal kumpaniji li qed joħolqu fruntieri ġodda ta’ azzjoni għall-klima – kultant direttament fl-ispazju. Juri l-impenn tagħna għal futur aħjar għall-Ewropej kollha fl-investiment tagħna fil-koeżjoni u għaċ-ċittadini globali kollha permezz tal-ħidma tagħna fl-iżvilupp.

Ir-Rapport tal-Attività, li huwa msejjes fuq madwar 25 artiklu dwar il-ħidma tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment fir-rispons għall-COVID-19, l-azzjoni għall-klima, il-koeżjoni u l-iżvilupp, jenfasizza l-kontribut tagħna għal dinja sana, ekoloġika u inklużiva.

Iċ-ċifri huma l-eżiti mistennija ta’ operazzjonijiet ġodda ffinanzjati li ġew iffirmati fl-2021 għall-ewwel darba abbażi tad-data disponibbli f’dan l-istadju. Iċ-ċifri kollha mhumiex verifikati u huma proviżorji.