Title
Il-Fond ta’ Garanzija Ewropew jaċċellera l-aċċess għall-finanzjament ta’ rkupru għall-kumpaniji tal-UE
Sub Title
Il-FGE approva kważi nofs il-finanzjament ippjanat għall-2021 għall-SMEs, għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u għas-settur pubbliku
Summary
Il-Fond ta’ Garanzija Ewropew (FGE), li huwa parti mill-pakkett għall-irkupru tal-UE ta’ €540 biljun miftiehem fl-2020, approva finanzjament li jammonta għal kważi nofs il-mira tiegħu għall-2021. Wara l-approvazzjoni skont il-proċess tan-notifiki dwar l-għajnuna mill-istat f’Diċembru 2020, l-inizjattiva issa approvat EUR 11.7 biljun b’appoġġ għal negozji Ewropej li qed ibatu minħabba r-riperkussjonijiet ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19. Din hija kważi nofs il-mira tal-fond għall-2021. Il-fond jimmobilizza finanzjament addizzjonali, u l-inizjattivi ffinanzjati s’issa huma mistennija li jiġġeneraw EUR 93.9 biljun f’finanzjament għall-ekonomija tal-UE. Permezz ta’ €2.1 biljun f’finanzjament li ġew iffirmati wkoll fit-tmiem ta’ April, il-finanzjament tal-FGE diġà qed jilħaq negozji madwar l-Unjoni Ewropea kollha.
Seo Title
[Il-FGE approva kważi nofs il-finanzjament ippjanat għall-2021 għall-SMEs, għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u għas-settur pubbliku ]
Seo Description
[Il-Fond ta’ Garanzija Ewropew (FGE), li huwa parti mill-pakkett għall-irkupru tal-UE ta’ €540 biljun miftiehem fl-2020, approva finanzjament li jammonta għal kważi nofs il-mira tiegħu għall-2021. Wara l-approvazzjoni skont il-proċess tan-notifiki dwar l-għajnuna mill-istat f’Diċembru 2020, l-inizjattiva issa approvat EUR 11.7 biljun b’appoġġ għal negozji Ewropej li qed ibatu minħabba r-riperkussjonijiet ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19. Din hija kważi nofs il-mira tal-fond għall-2021. Il-fond jimmobilizza finanzjament addizzjonali, u l-inizjattivi ffinanzjati s’issa huma mistennija li jiġġeneraw EUR 93.9 biljun f’finanzjament għall-ekonomija tal-UE. Permezz ta’ €2.1 biljun f’finanzjament li ġew iffirmati wkoll fit-tmiem ta’ April, il-finanzjament tal-FGE diġà qed jilħaq negozji madwar l-Unjoni Ewropea kollha. ]